Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Projezzjonijiet makroekonomiċi

Il-projezzjonijiet makroekonomiċi għandhom l-għan li jbassru u jifhmu l-istat futur tal-ekonomija fuq skala wiesgħa. Dawn jinkludu informazzjoni relatata mat-tkabbir ekonomiku, l-inflazzjoni, il-pagi, il-qgħad u l-kummerċ.

Il-persunal tal-Eurosistema u l-BĊE jipproduċu projezzjonijiet makroekonomiċi li jkopru l-prospetti għaż-żona tal-euro u l-ekonomija globali usa'. Dawn jikkontribwixxu għall-valutazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-iżviluppi ekonomiċi u r-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet.

Jiġu ppubblikati erba' darbiet fis-sena (f'Marzu, f’Ġunju, f’Settembru u f’Diċembru).

Marzu 2024
Ħarsa ġenerali

Prospetti dwar l-inflazzjoni

L-inflazzjoni għandha tonqos matul il-ftit snin li ġejjin, iżda b’rata aktar bil-mod milli fl-2023. Minħabba l-pressjonijiet tal-kostijietli qegħdin ibattu u l-impatt tal-politika monetarja tal-BĊE, l-inflazzjoni globali għandha tonqos minn 5.4 % fl-2023 għal 2.3 % fl-2024 u mbagħad għal 2.0 % fl-2025, u għandha tilħaq 1.9 % fl-2026.

Aktar
Prospetti dwar il-prodott domestiku gross

It-tkabbir ekonomiku se jibqa’ dgħajjef fuq medda ta’ żmien qasir, minħabba kundizzjonijiet ta’ finanzjament stretti u fiduċja li qed tonqos. Hekk kif l-inflazzjoni tonqos, l-introjtu tal-unitajiet domestiċi jirkupra u d-domanda barranija tissaħħaħ, il-PDG reali għandu jiżdied b’0.6 % fl-2024, b’1.5 % fl-2025 u b’1.6 % fl-2026.

Aktar

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Ir-rapport sħiħ

Ir-rapport sħiħ fih valutazzjoni dettaljata tal-prospetti għall-ekonomija taż-żona tal-euro.

Aqra r-rapport

Projezzjonijiet attwali u tal-imgħoddi

Qabbel il-projezzjonijiet storiċi tagħna tal-inflazzjoni u t-tkabbir ekonomiku. Il-projezzjonijiet tal-imgħoddi għaż-żona tal-euro u l-pajjiżi taż-żona tal-euro huma disponibbli biex jitniżżlu.

Il-projezzjonijiet makroekonomiċi kollha tagħna

Il-paġni kollha f’din it-taqsima