Naħat nazzjonali
5 ċenteżmi
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Andorra
Andorra ffirmat Ftehim Monetarju mal-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Ġunju 2011. B'hekk Andorra tista' tuża l-euro bħala munita uffiċjali u toħroġ il-muniti tal-euro tagħha. Fuq il-muniti kollha jidhru t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru xbihat ta' kamoxx tal-Pirinej (speċi ta' mogħża tal-muntanji) u ajkla rjali.
Andorra




Belt tal-Vatikan
Hemm ħames sensiliet ta' muniti tal-Belt tal-Vatikan fiċ-ċirkolazzjoni. Kollha huma validi.
L-ewwel sensiela, fejn tidher ix-xbieha tal-Papa Ġwanni Pawlu II, ħarġet bejn l-2002 u l-2005.
It-tieni sensiela, li nħarġet bejn Ġunju 2005 u Marzu 2006, għandha l-istemma araldika tal-Kardinal Ċambellan, l-aġent kap tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, li hi stampata fuq l-emblema tal-Kamra Appostolika fiċ-ċentru tal-munita. Madwar il-parti ta' fuq ta' dan id-disinn hemm il-kliem "SEDE VACANTE" rranġati f'nofs ċirku flimkien mas-sena tal-ħruġ b’numri Rumani, jiġifieri "MMV". L-isem tad-disinjatur, "D. LONGO", jidher fix-xifer t’isfel fuq ix-xellug tad-disinn ċentrali, waqt li l-inizjali tal-intaljaturi rispettivi jidhru fix-xifer t’isfel fuq il-lemin, jiġifieri "MAC inc" (fuq il-muniti ta’ 1 ċenteżmu u 20 ċenteżmu), "LDS inc" (fuq il-muniti ta’ 2 ċenteżmi u 50 ċenteżmu), "ELF inc" (fuq il-muniti ta’ 5 ċenteżmi u €1) u "MCC inc" (fuq il-muniti ta’ 10 ċenteżmi u €2).
Fit-tielet sensiela, maħruġa bejn April 2006 u Diċembru 2013, hemm ix-xbieha tal-Papa Benedittu XVI. Fuq ix-xellug hemm l-inizjali tad-disinjatur ("DL").
Fir-raba' sensiela, li nħarġet għall-ewwel darba f'Jannar 2014, hemm ix-xbieha tal-Papa Franġisku.
Fil-ħames sensiela, li nħarġet għall-ewwel darba f'Marzu 2017, hemm l-istemma araldika tas-Sovran tal-Istat tal-Belt tal-Vatikan, il-Papa Franġisku.
Fuq il-muniti ta' kull sensiela hemm it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea, il-kliem "CITTÀ DEL VATICANO", is-sena tal-ħruġ u l-marka taz-zekka "R".
Belt tal-Vatikan
Ċipru
Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru xbieha ta' żewġ mufluni, speċi ta' nagħġa salvaġġa li tinstab Ċipru u tirrappreżenta l-annimali slavaġ tal-gżira.
Ċipru
Franza
Kull denominazzjoni tal-munita Franċiża għandha disinn differenti. Hemm serje waħda ta’ muniti fiċ-ċirkolazzjoni għall-muniti ta’ 1, 2 u 5 ċenteżmi u żewġ serje għall-€1, €2 u għall-muniti tal-10, 20, u 50 ċenteżmu. Kollha huma validi bħala valuta legali.
Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru liż-żagħżugħa Marianne b'fattizzi determinati li jippersonifikaw ix-xewqa għal Ewropa b'saħħitha u dejjiema. Id-disinn sar minn Fabienne Courtiade, inċiżur taz-Zekka ta' Pariġi. Franza


Il-Belġju
Il-muniti tal-euro tal-Belġju ġew iddisinjati minn Jan Alfons Keustermans, Direttur tal-Akkademja Muniċipali tal-Arti ta' Turnhout. Hemm tliet sensiliet ta' muniti fiċ-ċirkolazzjoni. Kollha huma validi.
Fl-ewwel sensiela jidher ir-Re Albert II fil-parti ta' ġewwa tal-munita, filwaqt li l-monogramma rjali, "A" kbira taħt kuruna, fost it-12-il stilla simbolu tal-Ewropa u s-sena tal-ħruġ jidhru fil-parti ta' barra.
Fl-2008, il-Belġju għamel bidla żgħira fid-disinn biex jikkonforma mal-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea. Il-muniti tat-tieni sensiela wkoll juru lir-Re Albert II, iżda l-monogramma rjali u s-sena tal-ħruġ issa jidhru fil-parti ta' ġewwa tal-munita flimkien mal-marki taz-zekka u l-kodiċi tal-pajjiż għall-Belġju "BE".
Fl-2014, il-Belġju introduċa t-tielet sensiela ta' muniti tal-euro li juru lir-Re Philippe, il-mongramma rjali tiegħu "FP" u l-kodiċi tal-pajjiż għall-Belġju "BE". Il-marki taz-zekka jidhru fuq kull naħa tas-sena tal-ħruġ.
Il-Belġju
Il-Finlandja
Il-Finlandja għażlet tliet disinji bbażati fuq dawk li ntużaw qabel fuq il-muniti nazzjonali. Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi, 5 ċenteżmi, 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu juru l-iljun araldiku Finlandiż f'riproduzzjoni ta’ disinn tal-iskultur Heikki Häiväoja. Matul is-snin intużaw diversi disinji differenti tal-iljun araldiku fuq bosta muniti tal-Finlandja, bħal fuq il-muniti ta' 1 markka bejn l-1964 u l-2001.
Il-Finlandja
Il-Ġermanja
Uffiċjali u esperti fin-numismatika Ġermaniżi għażlu tliet disinji differenti għall-muniti tal-euro tagħhom. Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru l-fergħa tal-ballut li tfakkar dik li tinsab fuq il-muniti pfennig Ġermaniżi antiki u tipprovdi t-tema għal dawn il-muniti. Il-munita ġiet iddisinjata mill-Professur Rolf Lederbogen.
Il-Ġermanja
Il-Greċja
Il-Ministru għall-Ekonomija Nazzjonali u l-Gvernatur tal-Bank tal-Greċja għażlu d-disinji għall-muniti tal-euro tagħhom minn sett ta’ proposti ppreżentati minn kumitat tekniku u artistiku nazzjonali. Id-disinji rebbieħa saru mill-iskultur Georges Stamatopoulos, bi sponsorizzazzjoni mill-Bank tal-Greċja. Hemm disinn differenti għal kull denominazzjoni. Din il-munita turi tanker tat-tbaħħir modern, li jirrifletti l-ispirtu innovattiv tat-tbaħħir Grieg.
Il-Greċja
Il-Kroazja
Il-Kroazja għażlet erba' disinji għan-naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro, kollha juru l-mudell distintiv tal-iskakkiera Kroata fl-isfond. Fuq il-muniti kollha jidhru t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Il-munita ta’ 5 ċenteżmi turi motif tal-ittri “HR” fl-iskritt Glagolitiku angolari. L-alfabett Glagolitiku huwa l-eqdem kitba Slavika magħrufa u ntuża fil-Kroazja sas-seklu 19. Il-munita ġiet iddisinjata minn Maja Škripelj u tinkludi s-sena tal-ħruġ u l-iskrizzjoni “HRVATSKA”, l-isem tal-pajjiż bil-Kroat.Il-Kroazja
Il-Latvja
Il-munita ta' 5 ċenteżmi turi l-istemma araldika ż-żgħira tar-Repubblika tal-Latvja. Id-disinjatur huwa Laimonis Šēnbergs.
Il-Latvja
Il-Litwanja
Il-muniti tal-euro tal-Litwanja juru l-istemma araldika tar-Repubblika tal-Litwanja, Vytis, il-pajjiż li ħariġhom "LIETUVA" u s-sena meta ħarġu "2015". Il-muniti juru wkoll it-12-il stilla tal-bandiera Ewropea. Ġew iddisinjati mill-iskultur Antanas Žukauskas.
Il-Litwanja
Il-Lussemburgu
Yvette Gastauer-Claire ddisinjat il-muniti bi qbil mal-Familja Rjali u mal-Gvern tal-Lussemburgu.
Il-muniti kollha tal-Lussemburgu juru l-profil tal-Altezza Rjali Tiegħu, il-Gran Duka Henri. Juru wkoll is-sena meta ħarġu u l-kelma "Lussemburgu" miktuba bil-Lussemburgiż("Lëtzebuerg").
Il-Lussemburgu
Il-Portugall
Intgħażlu tliet disinji differenti minn fost dawk li daħlu għal kompetizzjoni nazzjonali. Id-disinjatur, Vítor Manuel Fernandes dos Santos, li tnebbaħ mis-simboli storiċi u mis-siġilli tal-ewwel Re tal-Portugall Dom Afonso Henriques, rebaħ il-kompetizzjoni bid-disinji li ġejjin: Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru x-xbieha tal-ewwel siġill irjali tal-1134, flimkien mal-iskrizzjoni "Portugal".
Il-Portugall

In-Netherlands
Għall-ewwel sensiela, in-Nederlands għażlu żewġ disinji ta' Bruno Ninaber van Eyben li juru r-Reġina Beatriċe. Hemm żewġ sensiliet ta' muniti fiċ-ċirkolazzjoni. It-tnejn huma validi.
It-tieni sensiela, li daħlet fl-2014, turi lir-Re Willem-Alexander flimkien mal-iskrizzjoni "Willem-Alexander Koning der Nederlanden" (Re tan-Netherlands).Muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi, 5 ċenteżmi, 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu:
L-ewwel sensiela: Tidher xbieha tar-Reġina Beatriċe flimkien mal-iskrizzjoni "Beatrix Koningin der Nederlanden" (Beatriċe Reġina tan-Netherlands).
It-tieni sensiela: Fuq ix-xbieha tar-Re Willem-Alexander hemm il-kliem "Willem-Alexander Koning der Nederlanden" (Re tan-Netherlands). Il-marki taz-zekka jidhru fuq kull naħa tal-isem.
In-Netherlands
Is-Slovakkja
Fuq il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi hemm il-quċċata tal-Muntanji Tatra, imsejħa Kriváň, simbolu tas-sovranità tan-nazzjon Slovakk, u l-emblema nazzjonali tas-Slovakkja.
Is-Slovakkja

L-Awstrija
L-Awstrija għażlet li tipproduċi sensiela ta’ muniti li juru fjuri, arkitettura u nies famużi mill-istorja tagħha. Id-disinji ntgħażlu minn ġurija nazzjonali wara stħarriġ tal-opinjoni pubblika. L-artist Awstrijak, Josef Kaiser, ħoloq id-disinji. Din il-munita turi xbieha tal-primuli tal-Alpi, fis-sensiela dedikata lill-fjuri li hija simbolu tar-rispett lejn l-ambjent u s-sehem tal-Awstrija fl-iżvilupp ta' politika ambjentali Ewropea.
L-Awstrija
L-Estonja
Id-disinn tan-naħa nazzjonali tal-muniti tal-Estonja hu l-istess għad-denominazzjonijiet kollha. Juri xbieha ġeografika tal-Estonja u l-kelma "Eesti", li tfisser "Estonja".
L-Estonja
L-Irlanda
Il-Gvern tal-Irlanda ddeċieda li kellu jkun hemm disinn nazzjonali wieħed għad-denominazzjonijiet kollha tal-muniti Irlandiżi. Dawn juru xbieha tal-arpa Ċeltika, simbolu tradizzjonali tal-Irlanda, imżejna bis-sena tal-ħruġ u l-kelma "Éire − Irlanda bl-Irlandiż. L-arpa li tidher fuq il-muniti ġiet iddisinjata minn Jarlath Hayes.
L-Irlanda
L-Italja
Fl-Italja, id-disinji tal-muniti tal-euro kienu suġġetti għal skrutinju minn kumitat tekniku u artistiku nazzjonali qabel ma ġew ippreżentati lin-nazzjon fuq RAI UNO, l-akbar stazzjon televiżiv nazzjonali tal-Italja. Intgħażel disinn differenti għal kull denominazzjoni minn fost kapolavuri ta' artisti Taljani famużi. Dan id-disinn juri l-anfiteatru Flavju, li beda jinbena fi żmien l-Imperatur Vespażjanu għall-ħabta tas-sena 75 wara Kristu u nfetaħ mill-Imperatur Titu fis-sena 80 wara Kristu.
L-Italja
Malta
Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru l-altar li jinsab fit-tempji preistoriċi tal-Imnajdra, mibnijin għall-ħabta tas-sena 3600 qabel Kristu fuq għolja żgħira li tagħti fuq il-baħar.
Malta

Monako
Hemm żewġ sensiliet ta' muniti fiċ-ċirkolazzjoni.
L-ewwel sensiela turi l-Altezza Serena Tiegħu, il-Prinċep Rainier III fuq il-munita ta’ €2. Fuq il-munita tal-€1 hemm xbieha doppja tal-uċuħ tal-Altezza Serena Tiegħu, il-Prinċep Rainier III u tal-Altezza Serena Tiegħu, il-Prinċep Ereditarju Albert. Fuq il-muniti tal-10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu hemm is-siġill tal-Prinċep. L-istemma araldika tal-Prinċipijiet Sovrani ta’ Monako tidher fuq il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi.
It-tieni sensiela turi xbieha ta' wiċċ l-Altezza Serena Tiegħu, il-Prinċep Albert II, fuq il-muniti tal-€1 u €2. Monogramma tal-Altezza Serena Tiegħu, il-Prinċep Albert II, tidher fuq il-muniti ta' 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu. L-istemma araldika tal-Prinċipijiet Sovrana ta’ Monako tidher fuq il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi.
Monako

San Marino
L-ewwel sensiela: Fuq il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi hemm it-Tielet Torri (Montale), l-Istatwa tal-Libertà u l-Ewwel Torri (Guaita) rispettivament.
It-tieni sensiela: Fuq il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi hemm l-istemma araldika tar-Repubblika ta' San Marino, Bieb-il Belt u l-Knisja ta' San Quirinus, rispettivament.
San Marino

Spanja
Il-muniti ta’ Spanja għandhom tliet disinji bi xbihat tar-Re, Miguel de Cervantes u tal-katidral ta’ Santiago de Compostela. Hemm tliet sensiliet ta' muniti fiċ-ċirkolazzjoni. Kollha huma validi.
Għat-tieni sensiela, fl-2010 sarilhom tibdil żgħir fid-disinn biex ikunu konformi mal-linji gwida komuni maħruġin mill-Kummissjoni Ewropea. Pereżempju, is-sena issa tidher imnaqqxa fil-parti ta’ ġewwa tal-munita.
Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi u 5 ċenteżmi juru l-katidral ta' Santiago de Compostela, ġawhra tal-arkitettura Romaneska Spanjola u waħda mid-destinazzjonijiet l-aktar magħrufa fid-dinja għall-pellegrinaġġi. Il-muniti juru l-faċċata monumentali tal-Obradoiro, eżempju mill-isbaħ tal-kostruzzjoni barokka Spanjola, mibdi fl-1667 minn José del Toro u Domingo de Andrade. Ix-xogħol intemm fis-seklu 18 minn Fernando Casas y Novoa. Spanja