Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

X’inhi l-politika monetarja?

10 ta' Lulju 2015 (aġġornat fil-25 ta’ Awwissu 2021)

Il-politika monetarja għandha x’taqsam mad-deċiżjonijiet li jieħdu l-banek ċentrali biex jinfluwenzaw il-kost u d-disponibbiltà tal-flus fl-ekonomija.

Fiż-żona tal-euro, l-iżjed deċiżjoni importanti tal-Bank Ċentrali Ewropew f’dan ir-rigward normalment ikollha x’taqsam mar-rati tal-imgħax ewlenin. Kull bidla li jagħmel il-BĊE f’dawn ir-rati mbagħad tolqot ir-rati tal-imgħax li l-banek kummerċjali jimponu fuq il-klijenti tagħhom meta dawn jissellfu l-flus. Fi kliem ieħor, id-deċiżjoni tinfluwenza l-infiq tal-konsumaturi u l-investiment tan-negozji. Fil-każ tal-BĊE, l-għan tal-politika monetarja huwa li l-prezzijiet jinżammu stabbli, i.e. li l-inflazzjoni tinżamm f’2% għal żmien medju. B’hekk il-BĊE jkun qiegħed isostni l-politika ekonomika ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex jinstab xogħol għal kulħadd u jkun hemm tkabbir ekonomiku.

Ir-rati tal-imgħax tagħna huma wieħed biss minn bosta strumenti li nużaw għall-politika monetarja tagħna. F’dawn l-aħħar snin żidna strumenti ġodda fis-sett ta’ għodod tagħna b’reazzjoni għal bidliet kbar fl-ekonomija li għamlu l-kompitu tagħna li nżommu l-istabbiltà tal-prezzijiet aktar diffiċli.

Aġġornat f’Awwissu 2021 biex jirrifletti l-eżitu tar-reviżjoni tal-istrateġija fl-2020-21.

SKOPRI IŻJED DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
ARA WKOLL

Skopri iktar dwar kontenut relatat