Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

5 ta' Frar 2026

Il-Kunsill Governattiv illum iddeċieda li jżomm it-tliet rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE mhux mibdula. Il-valutazzjoni aġġornata tiegħu tikkonferma mill-ġdid li l-inflazzjoni għandha tistabbilizza fil-mira tiegħu ta’ 2% fuq perjodu ta’ żmien medju. L-ekonomija tibqa’ reżiljenti f’ambjent globali ta’ sfida. Qgħad baxx, karti tal-bilanċ tas-settur privat solidi, rollout gradwali tan-nefqa pubblika fuq id-difiża u fuq l-infrastruttura u l-effetti ta’ appoġġ tat-tnaqqis fir-rata tal-imgħax fil-passat qegħdin isostnu t-tkabbir. Fl-istess ħin, il-prospettiva għadha inċerta, b’mod partikolari minħabba l-inċertezza politika fil-kummerċ globali u t-tensjonijiet ġeopolitiċi li jinsabu għaddejjin.

Il-Kunsill Governattiv huwa ddeterminat li jiżgura li l-inflazzjoni tistabbilizza ruħha fil-mira tiegħu ta’ 2% fuq perjodu ta’ żmien medju. Se jsegwi approċċ ibbażat fuq id-data u laqgħa b’laqgħa sabiex jiddetermina l-pożizzjoni tal-politika monetarja xierqa. B’mod partikolari, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax se jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tiegħu tal-prospettiva tal-inflazzjoni u r-riskji ta’ madwarha, fid-dawl tad-data ekonomika u finanzjarja li tidħol, kif ukoll id-dinamiċi tal-inflazzjoni prinċipali, u s-saħħa tat-trażmissjoni tal-politika monetarja. Il-Kunsill Governattiv mhuwiex qed jimpenja ruħu minn qabel għal xi direzzjoni partikolari għar-rati.

Rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE

Ir-rati tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu, l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u l-faċilità ta’ self marġinali jibqgħu l-istess fil-livelli attwali tagħhom ta’ 2.00%, 2.15% u 2.40% rispettivament.

Il-programm ta' xiri ta' assi (APP) u l-programm ta’ xiri għall-emerġenza (PEPP)

Il-portafolli tal-APP u tal-PEPP qed jonqsu b’ritmu meqjus u prevedibbli, billi l-Eurosistema ma għadhiex tinvesti mill-ġdid il-pagamenti tal-kapital kollha mit-titoli li jimmaturaw.

***

Il-Kunsill Governattiv huwa lest sabiex jaġġusta l-istrumenti kollha tiegħu fi ħdan il-mandat tiegħu sabiex jiżgura li l-inflazzjoni tistabbilizza fil-mira tiegħu ta’ 2 % fuq perjodu ta’ żmien medju u li jippreserva l-funzjonament bla xkiel tat-trażmissjoni tal-politika monetarja. Barra minn hekk, l-Istrument ta’ Protezzjoni tat-Trasmissjoni huwa disponibbli sabiex jiġġieled dinamiċi tas-suq mhux mixtieqa u fixkiela li joħolqu theddida serja għat-trasmissjoni tal-politika monetarja fost il-pajjiż taż-żona tal-euro kollha, b’hekk jippermetti lill-Kunsill Governattiv jagħti riżultati effettivi għall-mandat tiegħu tal-istabbiltà tal-prezzijiet.

Il-President tal-BĊE se tagħti l-fehmiet tagħha fuq ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda fit-14:45 CET illum.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja