Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Bulgarija se tissieħeb maż-żona tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2026

8 ta' Lulju 2025

  • Ir-rata ta’ konverżjoni tal-lev hija ffissata għal 1.95583 = EUR 1
  • Il-Bulgarija ssieħbet mal-ERM II fl-2020
  • Il-Banek Bulgari ilhom taħt is-superviżjoni tal-BĊE sa mill-2020

Illum il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva formalment l-adeżjoni tal-Bulgarija maż-żona tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2026 u ddetermina rata ta’ konverżjoni tal-lev Bulgaru ta’ 1.95583 għal kull euro. Din hija r-rata ċentral attwali tal-lev fil-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (ERM II), li l-munita ssieħbet magħha fl-10 ta’ Lulju 2020. Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) qablu li jimmonitorjaw l-iżvilupp fil-lev Bulgaru kontra l-euro fis-suq tal-kambju barrani sal-1 ta’ Jannar 2026.

Bid-dħul fis-seħħ tal-qafas ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-Българска народна банка (il-Bank Nazzjonali Bulgaru), il-BĊE kien responsabbli għas-superviżjoni diretta ta’ erba’ istituzzjonijiet snifikanti u s-sorveljanza ta’ 13-il istituzzjoni inqas sinifikanti fil-Bulgarija sa mill-1 ta’ Ottubru 2020.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġobkom ikkuntattjaw lil Benoit Deeg, tel.: +49 172 1683 704.

Noti

  • Il-ftehim dwar il-monitoraġġ tal-lev jidħol fl-ambitu tal-ERM II. Il-parteċipazzjoni fl-ERM II u l-osservanza tal-marġini normali ta’ varjazzjoni għal tal-anqas l-aħħar sentejn huwa wieħed mill-kriterji ta’ konverġenza li jridu jintlaħqu qabel id-dħul fiż-żona tal-euro.
  • Ir-rata ta’ konverżjoni tal-lev hija ffissata permezz ta’ emenda għar-Regolament (UE) Nru 2866/98, li se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2026.
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja