Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA
  • 24 ta’ Frar 2020

Il-BĊE jistieden liċ-ċittadini taż-żona tal-euro biex jaqsmu miegħu ideat għall-verifika tal-istrateġija

  • Ċittadini taż-żona tal-euro mistiedna jissottomettu ideat u kummenti onlajn
  • L-avveniment “Il-BĊE Jisimgħek” għas-soċjetà ċivili għandu jsir fi Brussell fis-26 ta’ Marzu
  • Wara se jsiru avvenimenti oħra dwar il-BĊE jisimgħek, organizzati mill-banek ċentrali nazzjonali

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u d-19 il-bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro, li flimkien jiffurmaw l-Eurosistema, qed jistiednu liċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet taż-żona tal-euro biex jikkontribwixxu ideat u kummenti dwar kif il-bank ċentrali jmexxi l-politika monetarja tiegħu u jilħaq l-għan ġenerali tiegħu fi ħdan il-qafas stabbilit mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-BĊE qed iniedi paġni web speċifiċi biex jispjega l-proċess tal-verifika, flimkien ma’ formola onlajn li ċ-ċittadini jistgħu jużaw biex jissottomettu l-proposti u l-kummenti tagħhom bil-lingwi uffiċjali kollha taż-żona tal-euro.

Il-BĊE nieda l-verifika tal-istrateġija fit-23 ta’ Jannar bl-għan li jitlob ideat u kummenti mingħand il-pubbliku inġenerali u biex jifhem aħjar kif kunsiderazzjonijiet – bħall-istabilità finanzjarja, l-impjiegi u s-sostenibiltà ambjentali – jistgħu jkunu rilevanti fit-twettiq tal-mandat tal-BĊE..

Għalhekk qed jistieden lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għal sensiela ta’ avvenimenti fejn il-BĊE jisimgħek; l-ewwel wieħed se jsir fi Brussell fis-26 ta’ Marzu u se jkun immexxi mill-President tal-BĊE, Christine Lagarde.

“Irridu nisimgħu il-fehmiet, l-aspettattivi u t-tħassib tal-pubbliku mingħajr preġudizzji” qalet il-President Lagarde.

Rappreżentanti ta’ firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet reġjonali u tal-konsumaturi, kif ukoll l-imsieħba soċjali, se jkollhom l-opportunità li jaqsmu magħna l-fehmiet tagħhom dwar il-politika tal-BĊE. Din il-konferenza tagħti bidu għal sensiela ta’ avvenimenti ospitati fid-19-il pajjiż taż-żona tal-euro, li se jiġu organizzati mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema.

Il-BĊE se jorganizza wkoll avvenimenti ta’ smigħ ma’ akkademiċi (li jibdew bil-Konferenza l-BĊE u l-Osservaturi tiegħu fi Frankfurt fl-24 ta’ Marzu) u mal-parteċipanti tas-settur finanzjarju, u se jkompli wkoll id-djalogu kontinwu tiegħu mal-Parlament Ewropew.

Għal mistoqsijiet mingħand il-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Peter Ehrlich, +49 69 13448320

Noti

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja