Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-Kroazja tissieħeb fl-Unjoni Ewropea

1 ta' Lulju 2013

Illum l-Unjoni Ewropea kompliet tikber bis-sħubija tal-Kroazja, biex issa l-għadd totali ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea tela’ għal 28.

Mil-lum, Hrvatska narodna banka, il-bank ċentrali nazzjonali tal-Kroazja, sar membru tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-Gvernatur tal-bank sar membru tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew. Barra minn hekk, l-esperti ta’ Hrvatska narodna banka issa għandhom l-istatus ta’ membri fil-Kumitati tas-SEBĊ kull meta l-kumitati jiltaqgħu fil-kompożizzjoni tas-SEBĊ. Il-Gvernatur u l-esperti ta’ Hrvatska narodna banka ilhom jieħdu sehem bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali u l-Kumitati tas-SEBĊ rispettivament minn Diċembru 2011 meta ġie ffirmat it-Trattat ta’ Adeżjoni.

Il-Kroazja mhijiex se tadotta l-euro minnufih iżda dan tagħmlu meta tkun issodisfat ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għall-kuntrarju tad-Danimarka u r-Renju Unit, il-Kroazja m’għandhiex id-dritt li tagħżel li tibqa’ barra mill-munita unika.

Kemm il-Bank Ċentrali Ewropew kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea se jħejju rapporti ta’ konverġenza kull sentejn, jew wara li ssir talba minn Stat Membru li għadu m’adottax l-euro. Dawn ir-rapporti jipprovdu s-sisien għad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar jekk Stat Membru partikolari jissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa biex ikun jista’ jadotta l-euro.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja