Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Tqassim tar-responsabbiltajiet fost il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

18 ta' Diċembru 2012

Fi ħdan il-qafas tar-responsabbiltà kollettiva tiegħu, il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum ftiehem dwar it-tqassim li ġej tar-responsabbiltajiet fost il-membri tiegħu, b’seħħ immedjat, kif ġej:

Minbarra r-responsabbiltajiet statutarji tiegħu bħala President tal-Bord Eżekuttiv, tal-Kunsill Governattiv u tal-Kunsill Ġenerali, il-President, is-Sur Mario Draghi, se jibqa’ responsabbli għall-Komunikazzjoni, Kunsillier tal-Bord Eżekuttiv, is-Segretarjat tal-BERS, il-Verifika Interna u s-Segretarjat u Servizzi Lingwistiċi [1].

Minbarra r-responsabbiltajiet statutarji tiegħu bħala deputat tal-President, il-Viċi President, is-Sur Vítor Constâncio, se jibqa’ responsabbli għall-Amministrazzjoni (bl-eċċezzjoni tal-Proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE), l-Istabbiltà Finanzjarja, is-Sorveljanza tas-Sistemi ta’ Pagament u, flimkien ma’ Yves Mersch, il-Proġett tal-Unjoni Bankarja.

Is-Sur Jörg Asmussen se jibqa’ responsabbli għar-Relazzjonijiet Internazzjonali u Ewropej. Flimkien mas-sehem tiegħu bħala rappreżentat tal-BĊE fil-laqgħat internazzjonali, se jkompli jirrappreżenta l-BĊE fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Eurogrupp u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u jattendi mal-President jew il-Viċi President il-laqgħat tal-Eurogroup, l-ECOFIN u tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern fil-livell tal-UE u taż-żona tal-euro. Se jibqa’ responsabbli għas-Servizzi Legali, il-Proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE u r-Rappreżentanza Permanenti f’Washington, DC.

Is-Sur Benoît Cœuré se jibqa’ responsabbli għall-Operazzjonijiet tas-Suq, il-Pagamenti u l-Infrastruttura tas-Swieq, u r-Riċerka.

Is-Sur Yves Mersch se jkun responsabbli għall-Karti tal-flus, is-Sistemi tal-Informatika, il-Ġestjoni tar-Riskji, it-TARGET2-Securities u, flimkien mas-Sur Vitor Constâncio, il-Proġett tal-Unjoni Bankarja.

Is-Sur Peter Praet se jibqa’ responsabbli għall-Ekonomija, ir-Riżorsi Umani, il-Baġit u l-Organizzazzjoni, u l-Istatistika.

Anness

Tqassim tar-responsabbiltajiet fost il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Mario Draghi, President

  • Komunikazzjoni
  • Kunsillier tal-Bord Eżekuttiv
  • Segretarjat tal-BERS
  • Verifika Interna
  • Segretarjat u Servizzi Lingwistiċi

Vítor Constâncio, Viċi President

  • Amministrazzjoni (bl-eċċezzjoni tal-Proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE)
  • Stabbiltà Finanzjarja
  • Sorveljanza tas-Sistemi ta’ Pagament
  • Proġett tal-Unjoni Bankarja

Jörg Asmussen

  • Relazzjonijiet Internazzjonali u Ewropej
  • Servizzi Legali
  • Proġett tal-Bini l-Ġdid tal-BĊE
  • Rappreżentanza Permanenti f’Washington, D.C.

Benoît Cœuré

  • Operazzjonijiet tas-Suq
  • Pagamenti u Infrastruttura tas-Swieq
  • Riċerka

Yves Mersch

  • Karti tal-flus
  • Sistemi tal-Informatika
  • Ġestjoni tar-Riskji
  • TARGET2-Securities
  • Proġett tal-Unjoni Bankarja

Peter Praet

  • Ekonomija
  • Riżorsi Umani, Baġit u Organizzazzjoni
  • Statistika
  1. [1]B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013 it-Taqsima tas-Servizzi Lingwistiċi se tiġi trasferita għad-Direttorat il-ġdid tal-Komunikazzjoni u s-Servizzi Lingwistiċi, meta d-Direttorat Ġenerali tas-Segretarjat u l-Lingwi se jingħatalu l-isem ġdid ta’ Direttorat Ġenerali Segretarjat.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja