content here is the anonymously transparent proxied version of ecb.europa.eu   X
European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Statistika

L-istatistika hija essenzjali biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati

Statistika finanzjarja u monetarja soda tgħinna nieħdu deċiżjonijiet infurmati. Il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jipprovdu statistika uffiċjali dwar is-saħħa tal-ekonomija.

Din l-istatistika tappoġġja l-aspetti kollha tax-xogħol tal-BĊE, inklużi l-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja u s-superviżjoni bankarja.

L-importanza tal-istatistika

FATTI EWLENIN

0.9%

Redditi għal titoli ta' dejn tal-gvern fit-tul

Ir-redditi nominali medji għal titoli ta' dejn fit-tul maħruġa mill-gvernijiet taż-żona tal-euro matul l-aħħar 12-il xahar żdiedu għal 0.9% f'Awwissu 2022. L-akbar żidiet kienu fil-Ġermanja, il-Greċja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta u l-Awstrija.

Data fuq redittu nominali medju

Ibbrawżja u niżżel l-istatistika tal-BĊE

L-istatistiċi uffiċjali kollha tal-BĊE huma disponibbli mingħajr ħlas fis-servizz komprensiv tagħna ta’ konsenja ta’ data online.

Statistical Data Warehouse

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Żviluppi monetarji fiż-żona tal-euro

Ara l-aħħar rati ta’ tkabbir tas-self għad-djar u l-impriżi, kif ukoll kemm il-provvista tal-flus qed tiżdied malajr.

Stqarrijiet għall-istampa fuq żviluppi monetarji

Governanza tal-istatistika u qafas ta’ kwalità

Il-banek ċentrali nazzjonali Ewropej jagħtu importanza kbira lill-produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja. Huma impenjati għal governanza tajba, jużaw standards ta’ kwalità għolja u jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.

Governanza u qafas ta’ kwalità

Data aħjar għal ħruġ ta' titoli u investimenti

Id-data tagħna dwar it-titoli u l-ishma tad-dejn issa hija disponibbli aktar malajr u b’aktar dettalji. Iċċekkja s-settijiet tad-data l-ġodda dwar il-ħruġ u l-investimenti tat-titoli.

Titoli

Esplora l-inflazzjoni taż-żona tal-euro b’mod interattiv

Kif titkejjel l-inflazzjoni u x’inhi d-differenza bejn l-inflazzjoni mkejla u l-inflazzjoni perċepita? Sib dejta paragunabbli u dejjem aġġornata dwar l-inflazzjoni b’viżwali interattivi u l-kalkulatur personali tiegħek dwar l-inflazzjoni, disponibbli fi 23 lingwa tal-UE.

Skopri iżjed

Skopri l-istatistiki taż-żona tal-euro

Agħti ħarsa lejn il-viżwalizzazzjonijiet u qabbel l-istatistiki ewlenin taż-żona tal-euro u l-istatistiki nazzjonali fuq il-websajt “Statistika taż-Żona tal-Euro” Hawnhekk, issib dejta ekonomika ewlenija f’format faċilment diġeribbli.

L-istatistiki huma disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE u huma faċli biex jiġu inkorporati fil-midja diġitali.

www.euro-area-statistics.org
SENSIELA DOKUMENTI DWAR L-ISTATISTIKA TAL-BĊE: TITWILA LEJN L-ISTATISTIKA
Is-Sensiela Dokumenti dwar l-Istatistika hija mezz biex studjużi tal-istatistika, ekonomisti u professjonisti oħra jippubblikaw xogħol innovattiv fl-istatistika u li jkun ta’ interess għall-banek ċentrali.

Itlob informazzjoni statistika mill-BĊE

Qed tfittex għal statistika speċifika tal-BĊE? Aħna nsegwu politika ta’ aċċess b’xejn u użu mill-ġdid bla ħlas għall-istatistiċi pubblikati tagħna. Ibgħatilna talba li tispeċifika dak li int interessat fih u aħna nirrisponduk malajr kemm jista’ jkun.

KONTENUT RELATAT

Ara xi jmiss

Ħarġiet ta' data fil-ġejjieni

Kalendarju
NOT AN EXPERT? CHECK OUT OUR EXPLAINER
LEARN MORE
Għaliex l-istatistika hi importanti?

Il-paġni kollha f’din it-taqsima