Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - April 2025
X’inhuma l-punti ewlenin?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Naqqasna r-rati tal-imgħax ewlenin b’0.25 punt perċentwali
Għamilna dan għaliex l-inflazzjoni tinsab fit-triq it-tajba bi tistabbilizza lejn l-mira tagħna ta’ 2 %.
X’qed jiġri fl-ekonomija?
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
L-inċertezza dwar kif se tiżviluppa l-ekonomija tinsab f’livelli eċċezzjonalment għoljin
It-tensjonijiet dwar il-kummerċ globali u t-taqlib kbir relatat fis-swieq finanzjarji qegħdin iċajpru l-prospettiva għall-ekonomija.
Ħafna partijiet tal-ekonomija diġà qegħdin iħossu l-istrapazz.
L-ostakoli ġodda għall-kummerċ qegħdin jagħmluha aktar diffiċli għall-Ewropa biex tbiegħ l-esportazzjonijiet tagħha. Il-kumpaniji jistgħu jinvestu inqas minħabba t-tensjonijiet fil-kummerċ madwar id-dinja u l-istress fis-swieq finanzjarji. Il-konsumaturi jinsabu aktar imħassbin dwar il-futur u huma kawti fl-infiq tagħhom.
L-ekonomija tal-Ewropa bniet xi saħħa li se tgħinha tkampa mal-istrapazz.
In-nies għandhom dħul ogħla x’jonfqu. Il-manifattura qed tmur daqxejn aħjar. Il-Gvernijiet u l-UE ħadu passi importanti biex jinvestu aktar, pereżempju fl-infrastruttura u d-difiża.
Is-suq tal-impjiegi huwa b’saħħtu.
Il-qgħad issa jinsab fl-aktar livell baxx sa mill-bidu tal-euro. Il-pagi għadhom qegħdin jogħlew, iżda b’mod aktar moderat.
L-inflazzjoni għadha qiegħda tonqos.
Il-prezzijiet tal-enerġija reġgħu naqsu. Il-prezzijiet tas-servizzi m’għadhomx jogħlew daqshekk bis-saħħa. L-inflazzjoni hija mistennija li tistabbilizza fir-rata ta’ madwar 2%. Iżda t-tensjonijiet fil-kummerċ jagħmlu l-prospettiva għall-prezzijiet aktar inċerta.
Ħares lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja