Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

10 ta’ April 2019

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li r-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali u l-faċilità ta’ depożitu ser jibqgħu l-istess jiġifieri 0.00%, 0.25% u -0.40% rispettivament. Il-Kunsill Governattiv jistenna li r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE jibqgħu fil-livelli attwali tagħhom tal-inqas sal-aħħar tal-2019, u fi kwalunkwe każ sakemm ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konverġenza sostnuta tal-inflazzjoni sal-livelli li huma taħt, imma qrib, it-2% matul perjodu ta’ żmien medju.

Il-Kunsill Governattiv fiħsiebu li jkompli jinvesti mill-ġdid, għalkollox, il-pagamenti ewlenin mit-titoli li jimmaturaw mixtrija taħt il-programm tax-xiri tal-assi għal perjodu estiż ta’ żmien wara d-data meta jibda jgħolli r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE, u fi kwalunkwe każ sakemm ikun meħtieġ sabiex jinżammu kundizzjoniiet ta’ likwidità favorevoli u grad wiesa’ ta’ akkomodament monetarju.

Il-President tal-BĊE ser jikkummenta fuq il-kunsiderazzjonijiet wara dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda llum fis-14:30 CET.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja