Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

13 ta’ Settembru 2018

Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li r-rata tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u r-rati tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ self marġinali u l-faċilità tad-depożitu ser jibqgħu l-istess jiġifieri 0.00%, 0.25% u -0.40% rispettivament. Il-Kunsill Governattiv jistenna li r-rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE jibqgħu fil-livelli attwali tagħhom tal-inqas sas-sajf 2019, u fi kwalunkwe każ sakemm ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konverġenza sostnuta tal-inflazzjoni sal-livelli li huma taħt, imma qrib it-2% matul perijodu ta’ żmien medju.

Fir-rigward tal-miżuri tal-politika monetarja straordinarji, il-Kunsill Governattiv ser ikompli jagħmel xiri nett taħt il-programm tax-xiri ta’ assi (APP) bir-ritmu attwali ta’ kull xahar ta’ €30 biljun sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. Wara Settembru 2018, il-Kunsill Governattiv ser inaqqas ir-ritmu ta’ kull xahar tax-xiri ta’ assi nett għal €15-il biljun sal-aħħar ta’ Diċembru 2018 u jantiċipa li, bla ħsara għad-dejta li tasal li tikkonferma l-previżjoni tal-inflazzjoni matul perijodu ta’ żmien medju, ix-xiri nett imbagħad jieqaf. Il-Kunsill Governattivi fiħsiebu jinvesti mill-ġdid il-pagamenti ewlenin mit-titoli li jimmaturaw mixtrija taħt l-APP għal perijodu ta’ żmien estiż wara t-tmiem tax-xiri ta’ assi nett, u fi kwalunkwe każ għal kemm ikun hemm bżonn biex jinżammu kundizzjonijiet ta’ likwidità favorevoli u grad wiesa’ ta’ akkomodament monetarju.

Il-President tal-BĊE ser jikkummenta fuq il-kunsiderazzjonijiet wara dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda llum fis-14:30 CET.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja