Pubblikazzjoni tal-kalendarju indikattiv għall-operazzjonijiet b’offerta ta' l-Eurosistema fl-2008
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum qiegħed jippubblika kalendarju indikattiv għall-operazzjonijiet b’offerta ta’ l-Eurosistema fl-2008 (ara d-dokument mhemuż).
Il-kalendarju indikattiv jiġi mħejji skond il-proċeduri stabbiliti f'"L-implimentazzjoni tal-politika monetarja fiż-żona ta’ l-euro: Dokumentazzjoni ġenerali dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema’’ (Settembru 2006). Bil-kompilazzjoni ta’ dan il-kalendarju, l-għan tal-BĊE hu li jiżgura li l-kontropartijiet fil-pajjiżi kollha taż-żona ta’ l-euro jkunu jistgħu jieħdu sehem fl-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u f’dawk fuq żmien itwal. Għalhekk il-kalendarju jqis il-btajjel pubbliċi nazzjonali fid-diversi pajjiżi taż-żona ta’ l-euro.
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja