EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52019AB0043

Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2019/43)2019/C 425/02

ĠU C 425, 18.12.2019, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/2


OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Diċembru 2019

dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(CON/2019/43)

(2019/C 425/02)

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-15 ta’ Novembru 2019, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE tal-Bank Ċentrali Ewropew (1).

Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi Isabel SCHNABEL tinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020.

2.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni illi l-kandidata proposta hija persuna ta’ statura rikonoxxuta u b’esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

3.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Isabel Schnabel bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Diċembru 2019.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU C 385, 13.11.2019, p. 1.


Fuq