EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32012D0014(01)
2012/433/EU: Decision of the European Central Bank of 18 July 2012 repealing Decision ECB/2012/3 on the eligibility of marketable debt instruments issued or fully guaranteed by the Hellenic Republic in the context of the Hellenic Republic’s debt exchange offer (ECB/2012/14)
2012/433/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta’ Lulju 2012 li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (BĊE/2012/14)
2012/433/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta’ Lulju 2012 li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (BĊE/2012/14)
ĠU L 199, 26.7.2012, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
26.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/26 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta’ Lulju 2012
li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika
(BĊE/2012/14)
(2012/433/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikoli 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), u b’mod partikolari t-Taqsima 1.6 u t-Taqsimiet 6.3.1 u 6.3.2 ta’ Anness I tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jmexxu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħra fis-suq, meta is-self ikun ibbażat fuq garanziji kollaterali adegwati. Il-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-kollateral għall-finijiet tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema huma stabbiliti f’Aness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14. |
(2) |
Skont it-Taqsima 1.6 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, il-Kunsill Governattiv jista’, fi kwalunkwe ħin, jibdel l-istrumenti, il-kundizzjonijiet, il-kriterji u l-proċeduri għat-twettiq tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Skont it-Taqsima 6.3.1 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14, l-Eurosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk ħruġ, emittent, debitur jew min qed jiggarantixxi jissodisfax ir-rekwiżiti tagħha għal standards ta’ kreditu għoljin abbażi ta’ kull informazzjoni li tista’ tqis bħala relevanti. |
(3) |
Fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn varata mir-Repubblika Ellenika lid-detenturi ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mill-Gvern Grieg, fl-24 ta’ Frar 2012 sar provvediment għal tisħiħ tal-kollateral fil-forma ta’ skema ta’ riakkwist biex issostni l-kwalità ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti mir-Repubblika Ellenika għall-benefiċċju tal-banek ċentrali nazzjonali. |
(4) |
Bħala miżura eċċezzjonali, Deċiżjoni BĊE/2012/3 tal-5 ta’ Marzu 2012 dwar l-eliġibbiltà ta’strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (2) issospendiet b’mod temporanju r-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal-limiti tal-kwalità tal-kreditu applikabbli għal strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika, u ddikjarathom eliġibbli għad-dewmien tat-tisħiħ tal-kollateral. |
(5) |
Mat-tmiem tat-tisħiħ tal-kollateral, peress illi l-adegwatezza bħala kollateral ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantitibis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika preżentement mhix żgurata, il-Kunsill Governattiv iddeċieda illi l-limiti tal-kwalità tal-kreditu applikabbli f’Taqsima 6.3.2 ta’ Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 għandhom japplikaw fir-rigward ta’ strumenti bħal dawn. |
(6) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 għandha għalhekk tiġi mħassra, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Tħassir ta’ Deċiżjoni BĊE/2012/3
Id-Deċiżjoni BĊE/2012/3 hija mħassra.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2012.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Lulju 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.
(2) ĠU L 77, 16.3.2012, p. 19.